Language of document : ECLI:EU:T:2015:73





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 —
Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑500/12)

“Għajnuna mill-Istat — Taxxa Irlandiża fuq il-passiġġieri bl-ajru — Rata mnaqqsa għad-destinazzjonijiet li jinsabu f’massimu ta’ 300 km mill-ajruport ta’ Dublin — Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Vantaġġ — Natura selettiva — Identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna — Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikoli 107 TFUE, 108 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 25-27, 30, 34)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prattika preċedenti — Esklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punt 39)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Obbligu tal-Kummissjoni li ssejjaħ il-partijiet interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom — Forma tal-intimazzjoni (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6) (ara l-punti 45, 46)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ għajnuna — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Artikoli 107(2) u (3) TFUE u 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6) (ara l-punti 47, 48, 53, 54)

5.                     Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Motivi differenti minn dawk tal-parti li qed tiġi sostnuta — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Rabta mas-suġġett tat-tilwima (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(4)(ara l-punt 62)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura selettiva tal-miżura — Deroga mis-sistema fiskali ġenerali — Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura tas-sistema — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 65-69)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi rati ta’ taxxi tal-ajruport differenti għat-titjiriet nazzjonali u għat-titjiriet l-oħra — Inklużjoni — Eżistenza ta’ dritt għall-irkupru skont l-Artikolu 56 TFUE — Assenza ta’ effett (Artikoli 56 TFUE, 107(1) TFUE u 108(3) TFUE) (ara l-punti 86-88)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura selettiva tal-miżura — Evalwazzjoni bbażata fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tat-teknika leġiżlattiva użata — Esklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punt 89)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Obbligi tal-Istati Membri — Obbligu ta’ rkupru — Portata — Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)(ara l-punt 112)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti — Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat — Obbligu għall-Kummissjoni li tiffissa ammont li jikkorrispondi effettivament għall-vantaġġ reali tal-għajnuna — Portata — Vantaġġ li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ taxxa indiretta għal rata nazzjonali mnaqqsa miġbura mill-kumpanniji tal-ajru — Modalitajiet ta’ kalkolu (Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14) (ara l-punti 113-115, 129-131, 146, 148, 149)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) — Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda (ĠU 2013, L 119, p. 30).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) — Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda, hija annullata, sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarji, għal ammont li huwa ffissat għal tmien euro għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-imsemmija deċiżjoni.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Ryanair Ltd.

4)

Ryanair għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

5)

Aer Lingus Ltd u l-Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.