Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2023 – beckberg vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ fellus li qiegħed ifaqqas)

(Kawża T-595/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: beckberg GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ fellus li qiegħed ifaqqas) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 567 560

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2023 fil-Każ R 41/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’, sa fejn mitlub, ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li għaliha saret applikazzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________