Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 8 ta' April 2008

Bordini vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-134/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Koeffiċjenti ta' aġġustament - Stat Membru ta' residenza - Kunċett ta' residenza - Kunċett ta' residenza prinċipali - Dokumenti ta' sostenn)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giovanni Bordini (Dover, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi, C. Ronzi u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. J. Currall u M.D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2006 li ma jiġix rikonoxxut li r-rikorrent huwa residenti fir-Renju Unit u, konsegwentement, li għall-pensjoni tiegħu ma jiġix applikat il-koeffiċjenti ta' aġġustament li jikkorrispondi għal dan l-Istat Membru u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż tas-Sur Bordini relatati mal-laqgħa informali tal-5 ta' Ġunju 2007.

Is-Sur Bordini għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' nofs l-ispejjeż tiegħu għal-laqgħa informali tal-5 ta' Ġunju 2007.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006, p. 87