Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ġunju 2008 - Volkswagen vs UASI (Siluwett ta' karozza bil-fanali tagħha)

(Kawża T-9/08)1

(Trade mark Komunitarja - Rinunzja għar-reġistrazzjoni nazzjonali - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u R. Jepsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-6 ta' Novembru 2007 (Każ R 1306/2007-4) dwar reġistrazzjoni internazzjonali, skond il-Protokoll dwar il-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade marks, iffirmat f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989, tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta siluwett ta' karozza bil-fanali tagħha.

Dispożittiv

M'hemmx aktar lok li tingħata deċiżjoni.

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 64, 8.3.2008.