Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 - Nestlé vs L-UASI - Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)

(Kawża T-6/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Master Beverage Industries Pte Ltd (Singapore, Singapore)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut ta' l-1 ta' Ottubru 2007, Każ R 568/2006-2 (Trade mark Komunitarja Nru 3 156 924);

tiċħad l-applikazzjoni kkontestata tat-trade mark Komunitarja Nru 3 156 924 RED MUG bil-logo "Golden Eagle Deluxe";

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell;

tordna lil Master Beverage, il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell, f'każ li ssir parti intervenjenti fil-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Master Beverage Industries Pte Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Golden Eagle Deluxe" għal prodotti fil-klassi 30 - Applikazzjoni Nru 3 156 924

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi Komunitarji, internazzjonali u nazzjonali u t-trade marks verbali "Red Cup" "Gold Blend" u stampi ta' kikkra, inter alia, għal kafé

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma simili ħafna mill-aspett viżiv minħabba arranġament identiku ta' disa' elementi, intrinsikament distintivi, preżenti kemm fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kif ukoll fil-maġġoranza tat-trade marks preċedenti.

____________