Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Marzu 2009 - Piccoli vs UASI (Forma ta' arzella)

(Kawża T-8/08)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta' arzella - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: G. M. Piccoli Srl (Alzano Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Giudici u S. Caselli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Settembru 2007 (Każ R 530/2007-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali li jikkonsisti fil-forma ta' arzella bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G. M. Piccoli Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 64, 08.03.2008