Language of document : ECLI:EU:T:2009:63





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2009 – Piccoli vs UASI (Forma ta’ arzella)

(Kawża T-8/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ arzella – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikoli 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b), u (3)) (ara l-punti 17, 21-25, 38-40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Settembru 2007 (Każ R 530/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li jikkonsisti fil-forma ta’ arzella bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

G. M. Piccoli Srl

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta arzella murija minn erba’ naħat differenti għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni Nru 4522892

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda għal “preparazzjonijiet magħmula minn ċereali, għaġina, ħlewwiet u ġelati”

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

G. M. Piccoli Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.