Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta' Mejju 2008 - Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-133/06)1

(Rikors għal annullament - Politika komuni fil-qasam ta' l-ażil - Direttiva 2005/85/KE - Proċeduri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat fl-Istati Membri - Pajjiżi ta' oriġini bla periklu - Pajjiżi terzi Ewropej bla periklu - Listi komuni minimi - Proċedura ta' adozzjoni u ta' emenda tal-listi komuni minimi - L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 67(1) u (5) KE - Inkompetenza)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: H. Duintjer Tebbens, A. Caiola, A. Auersperger Matić u K. Bradley, aġenti]

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. O'Reilly kif ukoll P. Van Nuffel u J.-F. Pasquier, aġenti]

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Simm, M. Balta u G. Maganza, aġenti]

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut : Ir-Repubblika ta' Franza [rappreżentanti: G. de Bergues u J.-C. Niollet, aġenti]

Suġġett

L-annullament ta' l-Artikolu 29(1) u (2) u ta' l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, ta' l-1 ta' Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat (ĠU L 32, p. 13)

Dispożittiv

1)    L-Artikoli 29(1) u (2) u 36(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, ta' l-1 ta' Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat, huma annullati.

2)    Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)    Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 108, 6.5.2006