Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2013 - Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/11) 

["Fondi ta' koeżjoni - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment mill-Fond lil ħames proġetti li jikkonċernaw l-implementazzjoni ta' ċerti linji ta' netwerk ferrovjarju b'veloċità għolja fi Spanja - Terminu ta' adozzjoni ta' deċiżjoni - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2002 - Provvisti addizzjonali - Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali - Kunċett ta' 'cirkustanza imprevista' - Artikolu 20(2)(e) u (f) tad-Direttiva 93/38/KEE"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: inizjalment M. Muñoz Pérez u N. Díaz Abad, sussegwentement N. Díaz Abad u A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Adserá Ribera u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 1023 finali, tat-18 ta' Frar 2001, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta' proġett intitolati "Provvista u istallazzjoni ta' tagħmir ferrovjarju fuq il-linja b'veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Madrid-Lérida" (CCI 1999.ES.16.C.PT.001, "Linja ferrovjarja b'veloċità għolja Madrid-Barcelona. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma, fażi 1)" (CCI 2000.ES.16.C.PT.001), "Linja ferrovjarja b'veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Aċċess ferrovjarju għall-istazzjon il-ġdid ta' Zaragoza" (CCI 2000.ES.16.C.PT.003), "Linja ferrovjarja b'veloċità għolja Madrid-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell. Sub-sezzjoni X-A (Olérdola-Avinyonet del Penedés" (CCI 2001.ES.16.C.PT.007) "Aċċess ferrovjarju ġdid tal-linja b'veloċità għolja f'Levante. Sub-sezzjoni La Gineta-Albacete (pjattaforma)" (CCI 2004.ES.16.C.PT.014) u, sussidjarjament, talba għal annullament parzjali tal-istess deċiżjoni fir-rigward tal-korrezzjonijiet mwettqa mill-Kummissjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 186, 25.06.2011.