Language of document : ECLI:EU:T:2013:11

Kawża T‑237/11

Lidl Stiftung & Co. KG

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BELLRAM — Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti RAM u Ram — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — Artikolu 63(2), Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 — Termini għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2013

1.      Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 63(2), 75 u 76))

2.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata — Rispett tad-drittijiet tad-difiża

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 63(2), 64(1), 75 u 76))

3.      Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1)(a), u 42(2) u (3))

4.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

6.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Komunitarja verbali BELLRAM u RAM

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

7.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 23, 24)

2.      Jirriżulta mill-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja li, wara l-eżami tal-mertu tal-appell, il-Bord tal-Appell jiddeċiedi fuq l-appell u, b’dan il-mod, huwa jista’ “jeżerċita kull poter fil-kompetenza tad-dipartiment li kien responsabbli għad-deċiżjoni”, jiġifieri, li huwa jista’ jagħti deċiżjoni huwa stess fuq l-oppożizzjoni billi jiċħadha jew billi jiddikjara fondata d-deċiżjoni meħuda fl-ewwel istanza quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni). Għalhekk minn dik id-dispożizzjoni jirriżulta wkoll li, bħala effett tal-appell li jiġi ppreżentat quddiemu, il-Bord tal-Appell huwa mitlub jagħmel eżami ġdid u komplut tal-fondatezza tal-oppożizzjoni kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt.

Għaldaqstant, sa fejn l-oppożizzjoni kienet fondata partikolarment fuq it-trade mark verbali preċedenti u sa fejn il-Bord tal-Appell kellu s-setgħa, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009, li jwettaq l-eżami dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn dik it-trade mark preċedenti waħidha u t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, hija r-rikorrenti li għandha, skont l-Artikolu 76(1) ta; dan ir-regolament, tippreżenta, fil-kuntest tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell, l-osservazzjonijiet tagħha relatati mat-trade mark verbali preċedenti jekk hija kienet tixtieq li l-Bord tal-Appell jirrispondi għalihom fid-deċiżjoni kkontestata.

Fil-fatt, ma jirriżultax la mill-Artikolu 63(2) u l-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009, li jipprovdu għad-dritt għal smigħ, u lanqas mill-ġurisprudenza li l-Bord tal-Appell huwa obbligat li jitlob lill-partijiet jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u waħda mit-trade marks preċedenti meta l-Bord tal-Appell jibbaża l-eżami tiegħu dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni fuq trade mark preċedenti li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni, iżda li kienet ġiet invokata b’mod validu insostenn tal-imsemmija oppożizzjoni. Għalhekk, il-Bord tal-Appell ma jiksirx id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti billi ma jistedinhiex b’mod espliċitu sabiex tifformula osservazzjonijiet fuq it-trade mark verbali preċedenti li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni.

(ara l-punti 25, 27-29)

3.      Skont l-applikazzjoni magħquda tal-Artikolu 15(1)(a) u tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, il-prova tal-użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti, nazzjonali jew Komunitarja, li fuqha tkun ibbażata oppożizzjoni fil-konfront ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, tinkludi wkoll il-prova tal-użu ta’ trade mark preċedenti f’għamla li jkollha xi elementi differenti iżda li ma jbiddlux il-karattru distintiv ta’ dik it-trademark fl-għamla li fiha tkun ġiet irreġistrata.

(ara l-punt 61)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 78, 83)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 80-82, 92)

6.      Teżisti għall-konsumaturi medji Spanjoli, probabbiltà ta’ konfużjoni, fis-sens ta l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, bejn is-sinjal verbali BELLRAM, li għaliha saret l-applikazzjoni bħala trade mark Komunitarja għall-prodotti “ġobnijiet” li jaqgħu fil-klassi 29 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, u t-trade mark verbali RAM, irreġistrata preċedentement fi Spanja għal “Ħalib frisk, ħalib ikkondensat u ħalib fil-forma ta’ trab, ġobon, butir, jogurt, kéfir u prodotti oħra derivati mill-ħalib” u “Prodotti alimentari li joriġnaw mill-annimali; żjut u grassijiet edibbli; ħaxix niexef u ħaxix ieħor ippreparat għall-konsum jew ikkonservat; iffriżat u marmellati; laħam, tiġieġ u tjur; bajd; zlazi għall-insalata; xarbiet tal-ħalib li fihom il-ħalib huwa l-ingredjent bażiku; b’esklużjoni espressa fir-rigward tal-ħut u l-prodotti tal-baħar ikkonservati” li jaqgħu fl-istess klassi fis-sens tal-imsemmi ftehim, sa fejn il-prodotti “ħalib” u “ġobnijiet” huma simili ħafna, u li s-sinjali inkwistjoni huma simili, fid-dawl tax-xebh u fonetiku tagħhom.

(ara l-punti 84, 90, 102, 105)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 86)