Language of document : ECLI:EU:T:2011:462





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Settembru 2011 – CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/09)

“Rikors għal annullament – Programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-‘Enerġija, ambjent u żvilupp sostenibbli’ – Proġett Protop – Ftehim ta’ għotja – Talba għar-rimbors ta’ ammonti mħallsa bil-quddiem għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ finanzjament ta’ riċerka – Subappalt – Ittra ta’ tfakkira – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri - Obbligu tal-Qorti Ġenerali li tagħmel użu mill-proċedura orali qabel ma tiddeċiedi dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 111 sa 114) (ara l-punti 29-31)

2.                     Proċeduri - Bażi legali ta’ rikors - Għażla mogħtija lir-rikorrent u mhux lill-qorti tal-Unjoni (ara l-punt 33)

3.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Atti preparatorji - Ittra ta’ tfakkira tal-Kummissjoni għall-irkupru ta’ dejn - Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 49, 50, 55-60, 64)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra ta’ tfakkira tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ April 2009, li permezz tagħha din stiednet lir-rikorrent jirrimborsa s-somom kollha mħallsa bil-quddiem minnha fl-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ għotja konkluż għal proġett li għandu jitwettaq fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni intitolat “Enerġija, ambjent u żvilupp sostenibbli”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Is-Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) huwa kkundannat għall-ispejjeż.