Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Frar 2011 - Ineos Healthcare vs UASI - Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T-222/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ineos Healthcare Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Marzu 2009 (Każ R 1897/2007-2), fir-rigward ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Ineos Healthcare Ltd.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta' Marzu 2009 (Każ R 1897/2007-2) hija annullata fir-rigward ta' prodotti li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: "Prodotti farmaċewtiċi u veterinarji li jkun fihom l-idrossidu tal-karbonat tal-manjesju, ħadid jew hydrotalcite, jew derivattivi ta' dawn il-komponenti", "Fosfati għall-kura tal-hyperphosphatemia".

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż esposti minn Ineos Healthcare Ltd.

4)    Ineos Healthcare għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 180, 1.8.2009.