Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2013 – Mocek u Wenta vs UASI – Lacoste (KAJMAN)

(Kawża T-364/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eugenia Mocek (Chojnice, il-Polonja) u Jadwiga Wenta (Chojnice, il-Polonja) (rappreżentant: K. Grala, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Lacoste SA (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 2466/2010-4 u tagħti protezzjoni lit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għall-prodotti kollha msemmija fir-rikors;

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur aħdar, abjad u griż li tinkludi l-element “KAJMAN” imqiegħed bejn in-naħa ta’ wara u r-ras ta’ kukkudrill għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 20, 22, 25 u 36 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 686 845Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja tal-marka figurattiva bil-kulur iswed u abjad li tirrappreżenta kukkudrill u t-trade mark verbali “CROCODILE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18, 20, 24, 25 u 36Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħhaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata annullata sa fejn l-oppożizzjoni ġiet miċħuda għal ċerti prodotti fil-klassijiet 18 u 25, u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal dawn il-prodotti miċħudaMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.