Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2013 – Harper Hygienics vs UASI – Clinique Laboratories (CLEANIC intimate) (Kawża T-363/13)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Harper Hygienics S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clinique Laboratories LLC (New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2013 (Każ R 606/2012-5) sa fejn tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “Cleanic intimate” għall-prodotti kollha fil-klassijiet 3 u 16 u għal x’uħud mill-prodotti fil-klassi 5;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata permezz tar-reġistrazzjoni tas-sinjal għall-prodotti u s-servizzi kollha indikati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Harper Hygienics

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CLEANIC intimate” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 009217531.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Clinique Laboratories LLCTrade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji Nru 54 429, għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 25 u 42, u Nru 2 294 429, għal prodotti fil-klassijiet 35 u 42.Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009  , sa fejn il-Bord tal-Appell qies li t-trade marks kienu simili u li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fi ħdan il-konsumaturi u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 8(5) tal-imsemmi regolament.