Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Menelaus vs UASI – Garcia Mahiques (VIGOR)

(Kawża T-361/13)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark komunitarja verbali VIGOR – Trade marks Komunitarja u internazzjonali figurattivi preċedenti VIGAR – Ammissibbiltà tal-provi tal-użu ppreżentati fuq CD-ROM – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi komplementari mhux ippreżentati fit-terminu mogħti – Użu ġenwin mit-trade marks preċedenti – Artikolu 15 u Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma li tinbidel permezz ta’ elementi li ma jibdlux il-karattru distintiv”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Menelaus BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vicente Garcia Mahiques (Jesus Pobre, Spanja) u Felipe Garcia Mahiques (Jesus Pobre) (rappreżentanti: E. Pérez Crespo, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ April 2013 (Każ R 88/2012 2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Vicente Garcia Mahiques u Felipe Garcia Mahiques u, min-naħa l-oħra, Menelaus BV.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Menelaus BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u dawk ta’ Vicente Garcia Mahiques u Felipe Garcia Mahiques.

____________

1

    ĠU C 26

0, 7.9.2013.