Language of document : ECLI:EU:T:2015:738





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 –
Mocek u Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna vs UASI – Lacoste (KAJMAN)

(Kawża T‑364/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAJMAN – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta kukkudrill – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Talbiet għal annullament u għal bidla mressqa mill-intervenjent – Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20, 54, 58)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva KAJMAN u trade mark figurattiva li tirrappreżenta kukkudrill (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 28, 30, 42, 46, 53, 57, 64)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 29)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 32)

5.                     Proċedura – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Motiv ġdid – Kunċett – Soluzzjoni analoga għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Regololament tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2015), Artikolu 84(1)) (ara l-punt 86)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑10 ta’ Mejju 2013 (Każ R 2466/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Lacoste SA u, min-naħa l-oħra, Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talbiet għal annullament u għal bidla mressqa minn Lacoste SA huma miċħuda.

3)

Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo Produkcyjna għandhom ibatu l-ispejjeż kollha relatati mar-rikors kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal annullament u għal bidla ta’ Lacoste SA.

4)

Lacoste SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talbiet tagħha għal annullament u għal bidla.