Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Settembru 2009 - Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/07)

("Ambjent - HYPERLINK "http://hermes.curia.eu.int:8080/cGTi/html/CelexUrl.html?command=DocNumber&lg=fr&source=Celex&numdoc=32003L0087&lg_dest=mt" Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 - Terminu ta' tliet xhur - Kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni - Trattament ugwali - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 9(1) u (3) u Artikolu 11(2) tad- HYPERLINK "http://hermes.curia.eu.int:8080/cGTi/html/CelexUrl.html?command=DocNumber&lg=fr&source=Celex&numdoc=32003L0087&lg_dest=mt" Direttiva 2003/87")

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment E. Ośniecka-Tamecka, sussegwentement T. Nowakowski, sussegwentement T. Kozek, sussegwentement M. Dowgielewicz u fl-aħħar M. Dowgielewicz, M. Jarosz u M. Nowacki, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u K. Herrmann, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, R. Somssich u M. Fehér, aġenti); Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant : D. Kriaučiūnas, aġent) ; u r-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: J. Čorba u B. Ricziová, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta : Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: Z. Bryanston-Cross u C. Gibbs, aġenti, assistiti minn H. Mercer, barrister, sussegwentement minn I. Rao u S. Ossowski, aġenti, assistit minn J. Maurici, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament, totali jew parzjali, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1295 finali, tat-26 ta' Marzu 2007, li tirrigwarda l-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1295 finali, tat-26 ta' Marzu 2007, li tirrigwarda l-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, hija annullata.

Il-Kummissjoni għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika tal-Polonja.

Ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Slovakka u r Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 155, 7.7.2007.