Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2007 - Eurocopter vs L-UASI

(STEADYCONTROL)

(Kawża T-181/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Eurocopter (Marignane, Franza) (rappreżentant: E. Soler Borda, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

L-annullament tad-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-12 ta' Marzu 2007, dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja STEADYCONTROL Nru 3 560 935 (R 8/2006-4) kollha kemm hi.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "STEADYCONTROL" għall-prodotti fil-klassijiet 9, 12 u 38 (applikazzjoni nru 3 560 935)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 9 u 12

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/941 peress li, skond ir-rikorrenti u kuntrarjament għall-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, it-terminu "STEADYCONTROL" mhuwiex deskrittiv u jippermetti li ssir distinzjoni tal-prodotti in kwistjoni.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).