Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2007 - Borco-Marken-Import Matthiesen vs L-UASI - Tequilas del Señor (TEQUILA GOLD Sombrero Negro)

(Kawża T-182/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliz

Partijiet

Rikorrenti: Borco-Marken-Import Matthiesen (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wolter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Tequilas del Señor S A de CV (Guadalajara, il-Messiku)

Tip ta' rimedju mitlub

Ir-rikorrenti titlob li:

-    Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Marzu 2007 fil-Każ R 1285/2005-1 tkun annullata;

-    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ikun ordnat iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Tequilas del Señor SA de CV

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja figurattiva "TEQUILA GOLD Sombrero Negro" għall-prodotti fil-Klassi 33 - applikazzjoni Nru 2 722 122

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal iċcitat: It-trade marks figurattivi nazzjonali li jikkontjenu l-elementi bil-kliem "SIERRA" u "CACTUS JACK SHOOTER" kif ukoll it-trade mark figurattiva nazzjonali li għandha stampa ta' "kappell sombrero aħmar" għall-prodotti fil-Klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħdet l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.

____________