Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' April 2008 - Eurocopter vs L-UASI (STEADYCONTROL)

(Kawża T-181/07)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali - STEADYCONTROL - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Eurocopter SAS (Marignane, Franża) (rappreżentanti: l-ewwel E. Soler Borda, wara R. Zeineh, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-12 ta' Marzu 2007 (każ R 8/2006-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali STEADYCONTROL bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Eurocopter SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 170, 21.7.2007.