Language of document : ECLI:EU:T:2011:268





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2011 – Companhia Previdente vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-414/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa – Garanzija bankarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Dannu finanzjarju – Assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali – Assenza ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għall-assenza tal-irkupru immedjat ta’ multa imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Oneru tal-prova (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-23, 25-30, 43)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għall-assenza tal-irkupru immedjat ta’ multa imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tal-impriża u tal-azzjonisti tiegħu - Oneru tal-prova (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 35-37,41, 42)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Teħid inkunsiderazzjoni tal-assenza ta’ diliġenza tar-rikorrent (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 52)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar użat għall-prestressing), kif ukoll talba għall-eżenzjoni mill-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja sabiex jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.