Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2010 - Socitrel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-413/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Socitrel - Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (São Romão de Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Proença de Carvalho u T. de Faria, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta' Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 - Azzar użat għall-prestressing), għal dak li jikkonċerna r-rikorrenti;

tnaqqas il-multa;

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata mir-rikorrenti hija l-istess deċiżjoni kkontestata fil-kawża T-385/10, ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni quddiem il-Qorti Ġenerali:

(i) Nuqqas ta' motivazzjoni serja tad-deċiżjoni kkontestata bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE u ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni tal-multa, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti fil-kuntest tal-kalkolu tal-multa imposta fuqha.

(ii) Ksur tad-drittijiet tad-difiża ta' SOCRITEL minħabba d-dewmien eċċessiv tal-proċedura amministrattiva tal-Kummissjoni Ewropea, li marret kontra d-dritt għal rimedju ġudizzjarju fi żmien raġjonevoli, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Sussidjarjament,

(iii) Ksur tal-Artikolu 101 TFUE u żball manifest ta' evalwazzjoni fid-dawl tal-fatt li SOCRITEL ma kinitx topera b'mod awtonomu fis-suq.

(iv) Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest billi mad-dħul mill-bejgħ ikkunsidrat, għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-limitu ta' 10 % tad-dħul mill-bejgħ, applikat, għall-kalkolu tal-multi, id-dħul mill-bejgħ konġunt tal-impriżi Emesa, Galycas u ITC, li ma kinux jinkludu l-Grupo PREVIDENTE fil-mument tal-prattika ta' ksur.

(v) Ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, ta' nondiskriminazzjoni u tal-aspettattivi leġittimi fl-iffissar tal-multa.

____________