Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2023 – Braunschweiger Versorgungs vs EUIPO – B.F. Energy (BF energy)

(Kawża T-245/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Braunschweiger Versorgungs AG & Co. KG (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Drzymalla, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: B.F. Energy Srl (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “BF energy” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 336 443

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1646/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark inkwistjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku in ġenerali;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tax-xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali tas-sinjali;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni ġenerali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

____________