Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Emesa-Trefilería u Industrias Galycas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva – Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Emesa-Trefilería, SA (Arteixo, Spanja); u Industrias Galycas, SA (Vitoria, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Bottka u F. Castilla Contreras, sussegwentement V. Bottka u A. Biolan, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Emesa-Trefilería, SA u Industrias Galycas, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lill-Qorti Ġenerali ammont ta’ EUR 1 500 taħt l-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha bħala rimbors għal parti mill-ispejjeż li kellha ssostni l-Qorti Ġenerali.

____________

1 ĠU C 301, 6.11.2010.