Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2011 - Arkema France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/06) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta' motivazzjoni - Trattament ugwali - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Multi - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Arkema France SA (Colombes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Winckler, S. Sorinas Jimeno u P. Geffriaud, sussegwentement minn S. Sorinas Jimeno u E. Jégou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Arbault u O. Beynet, sussegwentement minn V. Bottka, P. J. Van Nuffel u B. Gencarelli, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 - Perossidu tal-idroġenu u perborat), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Arkema France SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 212, 02.09.2006.