Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 - Caffaro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-192/06) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Preskrizzjoni - Trattament differenzjat - Tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Caffaro Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Santa Maria u C. Biscaretti di Ruffia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Amato, sussegwenetement V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1766 finali, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 - Perossidu tal-idroġenu u perborat), inkwantu l-Kummissjoni imponiet multa fuq ir-rikorrenti u SNIA SpA in solidum, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont ta' din il-multa.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Caffaro Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 212, 02.09.2006.