Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 – Steiff vs UASI (Buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal)

(Kawża T-433/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Margarete Steiff GmbH (Giengen an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Fissl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1693/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Margarete Steiff GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 366, 24.11.2012.