Language of document : ECLI:EU:T:2014:8





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 – Steiff vs UASI (Twaħħil ta’ buttuna f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal)

(Kawża T‑433/12)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17‑21)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark li tikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24‑36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1693/2011‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Margarete Steiff GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.