Language of document : ECLI:EU:T:2014:120





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 – Heinrich vs UASI – Il‑Kummissjoni (European Network Rapid Manufacturing)

(Kawża T‑430/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva European Network Rapid Manufacturing – Raġuni assoluta għal rifjut – Imitazzjoni tal-emblema ta’ organizzazzjoni internazzjonali intergovernattiva – Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li għandhom jiġu rrifjutati bis-saħħa tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Protezzjoni tal-emblemi tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali – Imitazzjoni mill-perspettiva araldika – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(h)) (ara l-punti 20, 21, 36-40, 47, 60-63)

2.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark figurattiva European Network Rapid Manufacturing (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(h)) (ara l-punti 64-70)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Lulju 2012 (Każ R 793/2011‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Heinrich Beteiligungs GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Heinrich Beteiligungs GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).