Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – VTZ et vs Il-Kunsill

(Kawża T-432/12) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina - Dazju antidumping definittiv –Reviżjoni ta’ skadenza – Probabbiltà li d-dannu jerġa’ jseħħ – Interess tal-Unjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Volžskij trubnyi zavod OAO (VTZ OAO) (Volzhsky, ir-Russja); Taganrogskij metallurgičeskij zavod OAO (Tagmet OAO) (Taganrog, ir-Russja); Sinarskij trubnyj zavod OAO (SinTZ OAO) (Kamensk-Ouralski, ir-Russja); u Severskij trubnyj zavod OAO (STZ OAO) (Polevskoy, ir-Russja) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, F. Di Gianni, G. Coppo u C. Van Hemelrijck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch u A. Polcyn, sussegwentement minn A. Polcyn u D. Geradin, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012, tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta’ reviżjoni ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja (ĠU L 174, p. 5), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Volžskij trubnyi zavod OAO (VTZ OAO), Taganrogskij metallurgičeskij zavod OAO (Tagmet OAO), Sinarskij trubnyj zavod OAO (SinTZ OAO) u Severskij trubnyj zavod OAO (STZ OAO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.