Language of document : ECLI:EU:T:2015:248





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ April 2015 – VTZ et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑432/12)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina ‑ Dazju antidumping definittiv – Reviżjoni ta’ skadenza – Probabbiltà li d-dannu jerġa’ jseħħ – Interess tal-Unjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri li ser jiskadu – Żamma ta’ miżura antidumping – Kundizzjonijiet – Kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu – Interpretazzjoni fid-dawl tal-Ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 11.3; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2)) (ara l-punti 20-26, 80)

2.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu tal-informazzjoni disponibbli meta l-impriża tirrifjuta li tikkoopera – Kundizzjonijiet – Rifjut ta’ aċċess għal informazzjoni neċessarja – Distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet ikkomtemplati rispettivament mill-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 6(2) u 18(1) u (3)) (ara l-punti 29, 34-37)

3.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri li ser jiskadu – Żamma ta’ miżura antidumping – Kundizzjonijiet – Kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping – Evalwazzjoni fid-dawl tal-volum probabbli tal-importazzjonijiet kumulati minn pajjiżi esportaturi differenti – Kundizzjonijiet – Ħtieġa għal volum reali sostanzjali ta’ importazzjonijiet minn kull pajjiż – Assenza – Ħtieġa li jiġu eżaminati l-volumi u l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mid-diversi pajjiżi kkonċernati – Assenza (Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 3.3 ; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3(4) u 11(2)) (ara l-punti 42, 45-48, 56-58)

4.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-importazzjonijiet provenjenti minn pajjiżi differenti – Portata fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn volum negliġibbli – Trattament differenti, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni, skont il-potenzjal rispettiv taż-żieda – Nuqqas ta’ ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 9(5) u 11(2)) (ara l-punti 62-64, 131, 132, 171)

5.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri li ser jiskadu – Żamma ta’ miżura antidumping – Kundizzjonijiet – Kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu – Interpretazzjoni tal-provi li tikkorrobora l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu – Rekwiżiti tal-prova iktar stretti fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu ‑ Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 11(2)) (ara l-punti 73, 74)

6.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri li ser jiskadu – Żamma ta’ miżura antidumping – Kundizzjonijiet – Kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu – Ċirkustanzi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu – Eżistenza ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni żejda sinifikanti – Ristabbilizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni – Ħtieġa ta’ evalwazzjoni globali tal-elementi rilevanti kollha (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 11(2)) (ara l-punti 92, 93, 108, 109, 124-128)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolament li jimponi dazji antidumping – Żbalji u kontradizzjonijiet li ma jaffetwawx il-konklużjoni – Nuqqas ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 96, 97, 191, 201, 204-207)

8.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Motiv li tqajjem għall-ewwel darba fis-seduta jew fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(c), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2)) (ara l-punti 101, 158)

9.                     Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 118)

10.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri li ser jiskadu – Żamma ta’ miżura antidumping – Kundizzjonijiet – Eżistenza ta’ interess tal-Unjoni – Evalwazzjoni – Ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-interessi partikolari u ġenerali – Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 9(4), 11(2), (5) u (9), u 21) (ara l-punti 135-144, 154, 160-164, 167)

11.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu ‑ Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Limiti – Osservanza tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 11(2), u 20) (ara l-punti 177-179)

12.                     Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Ksur minn istituzzjoni tar-regoli interni tagħha – Regoli ta’ konsultazzjoni tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv antidumping – Motiv invokat minn persuna fiżika jew ġuridika minħabba nuqqas ta’ sottomissjoni jew sottomissjoni tardiva lill-kumitat tad-dokumenti li ma jkun fihom l-ebda evalwazzjoni ta’ elementi sinifikanti – Nuqqas ta’ ksur ta’ forom sostanzjali (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 15) (ara l-punti 180-184, 212, 216, 217)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012, tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta’ reviżjoni ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja (ĠU L 174, p. 5), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volžskij trubnyi zavod OAO (VTZ OAO), Taganrogskij metallurgičeskij zavod OAO (Tagmet OAO), Sinarskij trubnyj zavod OAO (SinTZ OAO) u Severskij trubnyj zavod OAO (STZ OAO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.