Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill

(Kawża T-431/12) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina – Modifika tad-dazju antidumping definittiv – Eżami mill-ġdid intermedju parzjali – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta u individwali – Ammissibbiltà – Determinazzjoni tal-valur normali – Valur normali maħdum – Bdil ta’ metodu – Trattament individwali – Artikolu 2(7)(a) u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 2(7)(a) u l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036] – Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Distillerie Bonollo SpA (Formigine, l-Italja), Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (Borgoricco, l-Italja), Distillerie Mazzari SpA (Sant’Agata sul Santerno, l-Italja), Caviro Distillerie Srl (Faenza, l-Italja) u Comercial Química Sarasa, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor u A. Bochon, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn G. Berrisch u finalment minn N. Tuominen, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. França u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement M. França u J.-F. Brakeland, aġenti), u Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: E. Vermulst, S. Van Cutsem, F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni [tal-Kunsill] (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2012, L 182, p. 1).

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni [tal-Kunsill] (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat.

Id-dazju antidumping impost permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 626/2012 għandu jinżamm f’dak li jirrigwarda l-prodotti ta’ Ninghai Organic Chemical Factory sakemm il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jkunu ħadu l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din is-sentenza.

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie Srl u Comercial Química Sarasa, SL.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Changmao Biochemical Engineering għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 366, 24.11.2012.