Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2009 - Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-375/08 P)

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tagħha - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lill-appellant fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2004 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tas-26 ta' Ġunju 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-108/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Bart Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 301, 22.11.2008