Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/07) 1

("Saħħa tal-annimali - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Protezzjoni kontra l-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered - Ngħaġ u Mogħoż - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Adozzjoni ta' miżuri ta' eradizzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement - Prinċipju ta' prekawzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Franza (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, G. de Bergues, R. Loosli-Surrans u A.-L. During, sussegwentement minn E. Belliard, G. de Bergues, R. Loosli-Surrans u B. Cabouat, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Nolin, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta : Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn I. Rao u C. Gibbs, sussegwentment minn I. Rao u L. Seeboruth, u fl-aħħar nett minn L. Seeboruth u F. Penlington, aġenti assisti minn T. Ward, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008, tas-17 ta' Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), sa fejn jawtorizza miżuri ta' monitoraġġ u ta' eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement għall-merħliet ta' ngħaġ u mogħoż.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea għall-proċedura prinċipali u għall-proċeduri għall-miżuri provviżorji.

3)    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 211, 8. 9. 2007.