Language of document :

Digriet tal-Qorti tar-rinviju tat-28 ta' Settembru 2007 - Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/07 R)

("Rinviju - Pulizija sanitarja - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli - Regolament (KE) Nru 727/2007 - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar ta' l-interessi")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, R. Loosli u A. During, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Nolin, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni tal-punt 3 ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007, tas-26 ta' Ġunju 2007, li jemenda l-Annessi I, III, VII u X tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (ĠU L 165, p. 8), safejn dan jintroduċi, fil-Kapitolu A ta' l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, tat-22 ta' Mejju 2001, (ĠU L 147, p. 1), il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4.

Dispożittiv tad-Digriet

L-applikazzjoni tal-punt 3 ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007, tas-26 ta' Ġunju 2007, li jemenda l-Annessi I, III, VII u X tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli, hija sospiża sa' l-għoti tas-sentenza fil-kawża prinċipali, safejn dan jintroduċi, fil-Kapitolu A ta' l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, tat-22 ta' Mejju 2001, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________