Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Timothy Jacob Jensen Studios vs EUIPO (DESIGNERS TRUST)

(Kawża T-92/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali DESIGNERS TRUST – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Timothy Jacob Jensen Studios A/S (Højslev, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Novembru 2022 (Każ R 1149/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Timothy Jacob Jensen Studios A/S huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 121, 3.4.2023.