Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – EVH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-53/21) 1
(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Swieq tal-elettriku u tal-gass Ġermaniżi – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ ‘konċentrazzjoni waħda’ – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għal smigħ – Delimitazzjoni tas-suq – Perijodu ta’ analiżi – Evalwazzjoni tal-effetti tal-operazzjoni fuq il-kompetizzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Impenji – Obbligu ta’ diliġenza”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: EVH GmbH (Halle-sur-Saale, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u J. Szczodrowski, aġenti, assistiti minn T. Funke u A. Dlouhy, avukati)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: E.ON SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti : C. Grave, C. Barth u D.-J. dos Santos Goncalves, avukati), RWE AG (Essen) (rappreżentanti: U. Scholz, J. Ziebarth u J. Siegmund, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6530 finali tas-17 ta’ Settembru 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ M.8870 – E.ON/Innogy).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
EVH GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E.ON SE u minn RWE AG.
____________
1 ĠU C 138, 19.4.2021.