Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2013 – nMetric vs UASI

(SMARTER SCHEDULING)

(Kawża T-499/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: nMetric LLC (Costa Mesa, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Fuchs u A. Münch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ R 887/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SMARTER SCHEDULING” għal prodotti fil-klassi 9 - Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 1 093 837 li tindika l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.