Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Vincci Hoteles (NAMMU)

(Kawża T-498/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vincci Hoteles, SA (Alcobendas, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ R 611/2012-1;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “NAMMU” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 32 u 44 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 238 704

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba kienet ibbażata fuq l-Artikolu 8(1)(b), flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal invalidità miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 57(2) u (3) CTMR