Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 – Seatech International et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-500/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Seatech International Inc. (Cartagena, il-Kolombja); Tuna Atlantic, Ltda (Cartagena); u Comextun, Ltda (Cartagena) (rappreżentant: F. Foucault, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 672/2013, tal-15 ta’ Lulju 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta’ bastimenti involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat inkwantu jirreferi għall-bastiment Marta Lucia R bħala bastiment li jopera attivitajiet ta’ sajd IUU.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jsostnu li l-bastiment Marta Lucia R kien tneħħa mil-lista ta’ bastimenti meqjusa bħala li joperaw attivitajiet ta’ sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat, miżmuma mill-Kummissjoni Interamerikana tat-Tonn Tropikali, u li għalhekk dan il-bastiment kellu wkoll jitneħħa mil-lista tal-Unjoni Ewropea dwar bastimenti impenjati f’dawn l-attivitajiet.