Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Vincci Hoteles (NAMMU)

(Kawża T-498/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali NAMMU – Raġuni relattiva għal rifjut – Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Regola 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann, T. Boddien u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vincci Hoteles, SA (Alcobendas, Spanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 611/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Vincci Hoteles SA.DispożittivIr-rikors huwa miċħudNanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.