Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – nMetric vs UASI (SMARTER SCHEDULING)

(Kawża T-499/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità – Trade mark verbali SMARTER SCHEDULING – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: nMetric LLC (Costa Mesa, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Fuchs u A. Münch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 887/2012-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali SMARTER SCHEDULING.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.nMetric LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.