Language of document : ECLI:EU:T:2015:74





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 —
nMetric vs UASI (SMARTER SCHEDULING)

(Kawża T‑499/13)

“Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità — Trade mark verbali SMARTER SCHEDULING — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 15, 16)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet stabbiliti mill-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punti 21‑23)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali SMARTER SCHEDULING (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 33, 34, 37, 45, 46)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv —Trade mark verbali komposta minn diversi elementi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perċezzjoni globali tal-kombinazzjoni mill-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 40)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 41, 42)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Diċitura li għandha karattru fantażjuż (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 43, 44)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi — Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 48, 49)

8.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Legalità — Eżami mill-qorti tal-Unjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 887/2012‑2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali SMARTER SCHEDULING.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

nMetric LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.