Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – Karl-May-Verlag vs UASI – Constantin Film Produktion (WINNETOU)

(Kawża T-501/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali WINNETOU – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Prinċipji ta’ awtonomija u ta’ indipendenza tat-trade mark Komunitarja – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Karl-May-Verlag GmbH, li kienet Karl May Verwaltungs- und Vertriebs- GmbH (Bamberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Pejman u M. Brenner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Constantin Film Produktion GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Baronikians u S. Schmidt, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Lulju 2013 (Każ R 125/2012-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Constantin Film Produktion GmbH u Karl-May Verwaltungs- und Vertriebs- GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Lulju 2013 (Każ R 125/2012-1) hija annullata sa fejn din laqgħet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

L-UASI huwa kkundannat li jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Karl-May-Verlag GmbH.

Constantin Film Produktion GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 336, 16.11.2013.