Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 - Putters International vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-211/08) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi ta' ġarr internazzjonali fil-Belġju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Manipulazzjoni ta' sejħiet għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 - Gravità - Tul")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Putters International NV (Cargovil, il-Belġju) (rappreżentant: K. Platteau, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouguet u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 926 finali, tal-11 ta' Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 - Servizzi ta' ġarr internazzjonali), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Putters International NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 197, 02.08.2008.