Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2012 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/08)

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Settur tal-inbid - Projbizzjoni ta' tħawwil ta' dwieli ġodda - Sistemi nazzjonali ta' kontroll - Korrezzjoni finanzjarja b'rata fissa - Garanziji proċedurali - Żball ta' evalwazzjoni - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Díez Moreno, sussegwentement M. Muñoz Pérez, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/321/KE, tat-8 ta' April 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewopew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewopew ta' Garanzija (FAEG) (ĠU L 109, p. 35)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 197, 02.08.2008.