Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Nantes - Franza) – Caisse CIBTP du Grand Ouest (CGO) – Association vs D.V.M. RENOV SARL

(Kawża C-311/23 1 , Caisse CIBTP du Grand Ouest)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Ġestjoni ta’ leave imħallas – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq impriżi ta’ settur ta’ attività speċifika l-affiljazzjoni f’assoċjazzjoni għall-ħlas tal-ispiża ta’ leave imħallas lill-impjegati tagħhom – Sitwazzjoni purament interna – Rekwiżit li jiġu indikati r-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Nantes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caisse CIBTP du Grand Ouest (CGO) – Association

Konvenut: D.V.M. RENOV SARL

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Nantes (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Mejju 2023, hija manifestament inammissibbli.

____________

1     Data tal-preżentata: 22.5.2023