Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Fabrycznej we Wrocławiu - il-Polonja) – Powszechny Zakład Ubezpieczeń SA vs Volvia sp. z o.o.

(Kawża C-303/23 1 , Powszechny Zakład Ubezpieczeń)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2011/7/UE – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Punt 1 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ “tranżazzjonijiet kummerċjali” – Artikolu 3(1)(a) – Eżiġibbiltà ta’ interessi moratorji – Kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż bejn impriżi)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Fabrycznej we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Powszechny Zakład Ubezpieczeń SA

Konvenuta: Volvia sp. z o.o.

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “tranżazzjonijiet kummerċjali” jkopri kuntratt ta’ assigurazzjoni li permezz tiegħu l-assiguratur jintrabat fil-konfront ta’ impriża li jipprovdi servizz partikolari fil-każ li jseħħ inċident previst f’dan il-kuntratt u din l-impriża tintrabat mal-assiguratur li tħallas il-primjum ta’ assigurazzjoni.

L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni, l-assiguratur jissodisfa l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni biss li jipprovdi kopertura ta’ assigurazzjoni lill-parti l-oħra, u dan indipendentement mill-ħlas lil din tal-aħħar ta’ kumpens fil-każ li jseħħ l-inċident kopert minn dan il-kuntratt.

____________

1 Data tal-preżentata: 15.5.2023