Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Ottubru 2010 - Kay vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/05) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Uffiċjali li jaċċedu għal grupp ta' funzjoni superjuri permezz ta' kompetizzjoni ġenerali - Kandidati mniżżla f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad b'applikazzjoni ta' regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 2, Artikolu 5(2) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roderick Neil Kay (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u J. Feld, avukati, sussegwentement T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika fil-grad tar-rikorrent, imniżżel fil-lista ta' riżerva ta' kompetizzjoni esterna qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b'applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta' dawn

Dispożittiv

Ir-rikors ta' R .N. Kay huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 48, 25/02/2006, p. 36. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-Numru T-421/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).