Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2009 - Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (100 u 300)

(Kawża T-425/07 sa T-426/07) 1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi 100 u 300 - Dikjarazzjoni dwar il-portata tal-protezzjoni - Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Nuqqas ta' karattru distintiv")

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u K. Zajfert, aġenti)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Settembru 2007 (Każijiet R 1274/2006-4 u R 1275/2006-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks figurattivi 100 u 300 bħala trade marks Komunitarji

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 22, 26.1.2008.